Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn gallarija

L-inċident seħħ dalgħodu fl-10:15am fi Triq San Ġorġ f'San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 43 sena minn San Pawl il-Baħar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ dalgħodu fl-10:15am fi Triq San Ġorġ.

Jidher li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari minn gallarija ta’ residenza.

Tim mediku wassal lir-raġel Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat inkjesta.

More in Kronaka