Itajjar anzjan u jibqa' sejjer

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Hompesch fil-Fgura

Anzjan ta’ 73 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tajjar minn vettura fi Triq Hompesch fil-Fgura, bis-sewwieq tal-vettura jibqa’ sejjer.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 tal-bieraħ filgħaxija.

L-anzjan ittieħed Mater Dei għal aktar kura.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha fosthom biex issib lil min kien qed isuq il-karozza.

More in Kronaka