Żewġ żgħażagħ jinqabdu fil-fatt jisirqu karozza mill-Park & Ride ta’ Pembroke

Iż-żewġ żgħażagħ ġew arrestati fuq il-post

Żewġt irġiel ġew arrestati wara li nqabdu fil-fatt mill-Pulizija jipprovaw jisirqu karozza pparkjata.

Il-każ seħħ ilbieraħ, il-Ħadd, 10 ta’ Novembru, 2019 fil-parkeġġ tal-Park & Ride, f’Pembroke

Kienu għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija (2030hrs) meta l-Pulizija ġew infurmati li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż u allegatament kienu qed jisirqu minn vettura BMW li kienet ipparkkjata. 

Surġent u żewġ kuntistabbli tal-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan marru fuq il-post u nnutaw żewġ persuni ħdejn il-vettura msemmija. 

Malli nnutaw lill-Pulizija, iż-żewġt irġiel rikbu f'vann. 

Il-Pulizija resqu lejhom u minn tfittxija li saret fil-vann instabu diversi partijiet ta’ BMW, li kienu għadhom kemm ġew misruqa.

Iż-żewġt irġiel, li għandhom 26 sena residenti s-Swieqi u 21 sena residenti x- Xagħra kienu arrestati. 

Fil-pussess tagħhom nstab wkoll għodda li mhux eskluż li intużat biex jieħdu l-oġġetti mill-BMW. 

More in Kronaka