Jaqbduh b'aktar minn €200,000 kokaina malli wasal Malta minn Brussell

Ir-raġel kellu żewġ kaxxi suspettużi u aktar tard irriżulta li fihom kien hemm żewġ kilogrammi ta’ trab abjad

Matul il-lejl li għadda, uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sabu żewġ kilogrammi droga kokaina fuq passiġġier li kien għadu kemm wasal Malta minn Brussell.

Ir-raġel kellu żewġ kaxxi suspettużi u aktar tard irriżulta li fihom kien hemm żewġ kilogrammi ta’ trab abjad.

Wara li saru t-testijiet, irriżulta li t-trab kien kokaina.

Il-valur tad-droga misjuba kienet taqbeż l-€200,000

Il-Pulizija kienu infurmati minnufih u r-raġel ġie arrestat.

More in Kronaka