Filmat | 44 immigrant salvati mill-Open Arms se jiddaħħlu Malta

Skont Open Arms, fost l-immigranti salvati hemm 13-il tifel u tifla u mara tqila

Grupp ta’ 44 immigrant li ġew salvati minn fuq dinghy mistennija jiddaħlu Malta aktar tard illum.

Kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-immigranti ġew salvati minn fuq bastiment tal-Open Arms u aktar tard ġew trasferiti għal fuq patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Skont Open Arms, fost l-immigranti salvati hemm 13-il tifel u tifla u mara tqila.

L-NGO spjegat kif l-immigranti ngħataw port sigur inqas minn 24 siegħa wara li ġew salvati

 

More in Kronaka