Raġel armat jidħol jisraq ħanut fil-Marsa u jhedded lill-kaxxier

Is-serqa seħħet ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi Triq Ħal Qormi

Raġel armat b’sikkina u b’wiċċu mgħotti, daħal jisraq minn ħanut fil-Marsa.

Is-serqa seħħet ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi Triq Ħal Qormi.

Jidherli raġel daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel residenti Santa Venera. 

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka