Raġel jittella' l-Qorti llum wara li jinstab fil-pussess tal-kannabis

Il-pulizija għamlu din is-sejba fir-residenza taż-żagħżugħ fix-Xlendi

 Ħidma mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga f’Għawdex wasslet fl-arrest ta' raġel mis-Sudan ta’ 23 sena residenti x-Xlendi.

Ir-raġel ġie arrestat wara li l-Pulizija għamlet tfittxija fid-dar tiegħu. Waqt it-tfittxija, il-Pulizija sabet fil-pussess tar-raġel ammont ta’ raza tal-kannabis u żerriegħa tal-pjanta tal-kannabis. Bil-każ ġie nfurmata l-Maġistrat tal-Għassa PCoppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta Maġisterjali. 

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti t’Għawdex illum akkuzat b’ pussess aggravat tal-imsemmija droga.

More in Kronaka