Jisker fl-ajruport u jispiċċa jiġri qalb l-ajruplani

Il-każ seħħ ilbieraħ fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta 

Turist Irlandiż tressaq il-Qorti dalgħodu wara li qajjem paniku f’sħiħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, bil-Pulizija tispiċċa tiġri warajh fiż-żona fejn l-ajruplani jkunu pparkjati.

Ir-raġel ta’ 56 sena, deher quddiem il-Maġistrat Simone Grech ġurnata wara li seħħ dan il-każ.

Jidher li r-raġel kien fis-sakra, meta l-ewwel ipprova jiżgassa bieb ta’ toilet imbagħad fetaħ bieb tas-sigurtà u ħareġ jiġri ħdejn l-ajruplani.

L-Avukat tar-raġel qalet li jiddispjaċih ħafna għal dak li għamel.

Il-Maġistrat wissiet lir-raġel li dak li għamel kien serjru, anke għax qajjem paniku sħiħ f’ajruport.

Huwa ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin

More in Kronaka