Żagħżugħ ta' 18-il sena fil-periklu tal-mewt wara li ħabat ma' karozza tal-linja

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija fi Triq Hompesch, il-Fgura

Żagħżugħ ta’ 18-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma’ karozza tal-linja.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija fi Triq Hompesch, il-Fgura.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni, iż-żagħżugħ residenti ż-Żejtun tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma` karozza tal-linja misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Birkirkara. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u permezz t’ambulanza ż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei għal kura. 

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta dwar l- inċident. 

Investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka