Anzjan ta' 86 sena jittajjar fil-pjazza ta' Raħal Ġdid

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30am

Ritratt Arkivji
Ritratt Arkivji

Anzjan ta’ 86 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar fi Pjazza Antoine de Paule, f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30am.

Jidher li l-anzjan ittajjar minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Għargħur.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka