Żagħżugħ ta' 21 sena bi ġrieħi gravi wara inċident f'San Pawl il-Baħar

Investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

Żagħżugħ ta' 21 sena minn Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-karozza f'San Pawl il-Baħar.

Illum, għall-ħabta tal-kwartail-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Burmarrad, f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura  misjuqa minn mara ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura K misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Birkirkara.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Mater Dei għal kura. Aktar tard, ir- raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-ġrieħi tal-mara għadhom pendenti.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka