Il-Pulizija jsibu raġel mitluf minn sensih u bit-tape ma' ħalqu mixħut fuq il-bankina

Ir-raġel instab kmieni dalgħodu fi Triq it-Torri

Il-Pulizija sabet raġel marbut u mitluf minn sensih viċin gabbana fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Ir-raġel instab dalgħodu, b’ħalqu magħluq b’tape.

Jidher li kien impjegat tal-ħanut li biswit tiegħu nstab ir-raġel li ċempel lill-Pulizija.

Hu mifhum li r-raġel, mill-Pakistan, ġie aggredit minn żewġ persuni armati b'arma tan-nar u li wara li rabtuh u għalqulu ħalqu serqu ammont ta' flus kontanti.

Ir-raġel ittieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali u bħalissa għadha għaddejja t-tfittxija għaż-żewġ ħallelin.

More in Kronaka