Dilettant tal-Karnival jieħu xokk u jmut fil-maħżen

Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu f'maħżen f'Xatt il-Mollijiet ... jitħassar il-Karnival tas-Sajf

Jean Paul Bonnett merfugħ fuq l-ispallejn (bil-flokk aħmar)
Jean Paul Bonnett merfugħ fuq l-ispallejn (bil-flokk aħmar)

Raġel ta’ 45 sena, Jean Paul Bonett mill-Ħamrun tilef ħajtu wara li ħa xokk f’maħżen tal-Karnival.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma’ dan is-sit li seħħ ftit tal-ħin ilu f'Xatt il-Mollijiet.

Hu mifhum li Bonett kien qed jaħdem fuq karru tal-karnival meta għal xi raġuni ħa xokk u waqa’.

Ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Intant l-attivitajiet kollha ippjanati għal dan it-tmiem il-ġimgħa tal-Karnival tas-Sajf mhux se jsiru.

 

More in Kronaka