Nirien qawwija fl-Amazon; Duħħan iswed jgħatti bliet u villaġġi 'l bogħod

9,500 żona f'din l-akbar foresta fid-dinja jinsabu ħuġġieġa waħda

Nirien qawwija qed jaħkmu partijiet mill-foresta Amazon fil-Brażil, bl-awtoritajiet Brażiljani jisħqu li din is-sena biss kienu rrapportati 72,843 każ.

Dan ifisser, ikomplu jispjegaw l-awtoritajiet, li kien hemm żieda ta’ 83% fil-każi ta’ nirien irrapportati f’din il-foresta u dan meta mqabbel mas-sena li għaddiet.

In-numru ta’ nirien huwa meqjus bħala rekord mill-2013 ‘l hawn.

Jidher li min-nhar il-Ħamis ‘l hawn, 9,507 żoni f’din l-akbar foresta fid-dinja kienu rrapportati li jinsabu ħuġġieġa waħda.

Ritratti u anke filmati li qed iduru fuq il-midja soċjali juru bliet u villaġġi fil-Brażil mgħottija b’duħħan iswed.

Ir-riħ ma tantx qed jgħin, bid-duħħan qiegħed jilħaq diversi villaġġi sa 2,700 kilometru ‘l bogħod.

Din il-foresta hija meqjusa wkoll bħala vitali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Sao Paolo mgħottija bid-duħħan
Sao Paolo mgħottija bid-duħħan

More in Kronaka