Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li waqa' fuq tal-linja

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:30pm, fl-inħawi ta' Kennedy Grove

Żagħżugħ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' waqt li kien fuq karozza tal-linja.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:30pm, fl-inħawi ta' Kennedy Grove, direzzjoni lejn Triq il-Kosta.

Jidher li ż-żagħżugħ, Taljan ta' 21 sena, weġġa' meta waqa' fil-vettura.

Huwa ttieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Pulizija qed tinvestiga.

More in Kronaka