Jispiċċa ħażin wara li jaħbat rasu ma' dgħajsa f'San Ġiljan

Raġel Franċiż jispiċċa ħażin wara li pprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għal ġol-baħar dalgħodu

Dalgħodu għall-ħabta tas-6:00 a.m, il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa l-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan.

Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li Franċiż ta’ 24 sena, ftit qabel kien allegatament pprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għal ġol-baħar, meta dan ħabat rasu mal-imsemmija dgħajsa.

Il-vittma ġie mtella’ l-art u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika permezz ta’ ambulanza, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta maġisterjali. Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka