Raġel ta' 27 sena bi ġrieħi serji wara li sofra xi ħruq

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Raġel ta’ 27 sena minn Ħal Tarxien sofra xi ħruq waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fi Triq San Tumas fil-Fgura.

Skont l-ewwel informazzjoni tal-Pulizija, kien għall-ħabta tal-11:15 am li l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza fil-Fgura. Għaldaqstant, il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 27 sena residenti Ħal Tarxien kien sofra xi ħruq waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-imsemmija triq.

Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka