Bugħaddas ta' 56 sena jitlef ħajtu fid-Dwejra

Minn grupp ta' tliet bugħaddasa, Żvediż ta' 56 sena jitlef ħajtu

Illum għall-ħabta tal-11:30 il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa d-Dwejra, limiti ta’ San Lawrenz Għawdex. Għaldaqstant, il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li minn grupp ta’ tliet bugħaddasa, wieħed minnhom, Żvediż ta’ 56 sena, residenti Marsalforn, sab ruħu f’diffikulta’.

Huwa ttella’ fuq l-art minn wieħed mill-bugħaddasa stess. Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittma, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ tagħha fuq il-ka

More in Kronaka