22,677 sigarett, ħafna flus u ħafna xorb f'qabdiet mid-Dwana fl-aħħar ġranet

Id-Dipartiment tad-Dwana jagħmel qabdiet sostanzjali fl-aħħar ġranet wara spezzjonijiet madwar il-pajjiż kollu

Fl-aħħar ġranet, waqt tfittxijiet fl-ibħra, fl-ajru u anke f’diversi lokalitajiet, id-Dipartiment tad-Dwana sab €40,135 fi flus kontanti fi tliet bagalji differenti, 22,677 sigarett, 5,966 basket tal-plastik, 1,639 bolol tad-dazju mhux użati, 18-il kg tabakk, 1,082 flixkun ta’ xorb non alkoħoliku, 677 flixkun inbid u 113-il flixkun ta’ spirti.

Dan l-infurzar kien qed isir f’diversi lokalitajiet fosthom Ħaż Żebbuġ, Ħal Qormi, ir-Rabat, San Pawl il-Baħar, Tas Sliema, San Ġiljan u Paceville.

More in Kronaka