Sitt karozzi jsiru ħuġġieġa waħda u jinqerdu għal kollox

Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda fi Triq il-Wied f'Ħal Qormi

Sitt karozzi spiċċaw f’ħuġġieġa u nqerdu għal kollox matul il-lejl li għadda f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4am, fi Triq il-Wied.

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru immedjatament fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga filwaqt li nfetħet ukoll inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka