Raġel ieħor jaqa' f'sit ta' kostruzzjoni u jinsab fil-periklu tal-mewt

Il-każ seħħ fi Sqaq il-Qenċ, Ħaż-Żebbuġ

Illum, għall-ħabta ta’ 11:45 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Sqaq il-Qenċ, Ħaż-Żebbuġ, minħabba li kien hemm raġel li waqa’ minn għoli u sofra xi ġrieħi.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet irriżulta li r-raġel mis-Sudan kien qiegħed jagħmel xi xogħol ġewwa sit ta’ kostruzzjoni meta għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien mal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-vittma. Huwa ttieħed l-Istpar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddej

More in Kronaka