Mara ta' 27 sena bi ġrieħi gravi wara li nqalbet bil-karozza f'Ħaż-Żebbuġ

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Mara ta' 27 sena minn Ħal Luqa qed issofri minn ġrieħi gravi wara li nqalbet bil-karozza f'Ħaż-Żebbuġ

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-1:00 am.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post fejn kif waslu sabu vettura maqluba fuq il-ġenb u fiha kien hemm persuna maqbud

Fuq il-post kellhom jissejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew sabiex il-mara setgħet tinħareġ mill-vettura. Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura permezz ta’ ambulanza u iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka