Ġlieda f'ristorant; Żagħżugħ jispiċċa Mater Dei

Il-ġlieda seħħet dan il-lejl fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan

Żagħżugħ ta' 24 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f'argument f'ristorant fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-erbgħa.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li għal xi raġuni qam argument bejn żewġt irġiel, Ingliż ta’ 34 sena u Malti ta’ 24 sena li joqgħod is-Swieqi.

Jidher li l-Malti, allegatament ġie aggredit waqt l-argument u sofra ġrieħi.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-Ingliż qiegħed jinżamm mill-Pulizija.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

More in Kronaka