Anzjan jitlef ħajtu waqt li kien qiegħed jgħum f'Birżebbuġa

Ir-raġel sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum f'Pretty Bay

Pretty Bay
Pretty Bay

Illum għall-ħabta tat-15:20 pm raġel tilef ħajtu wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum f'Pretty Bay, Birżebbuġa.

Il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Pretty Bay f’Birżebbuġa minħabba li kien hemm persuna li tinstab f’diffikultà fil-baħar. 

Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li raġel ta’ 75 sena residenti Ħal Qormi kien qed jgħum fl-imsemmija bajja u sab ruħu f’diffikultà. 

Ir-raġel ittella' l-art minn xi nies li kien hemm fuq il-bajja. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li tilef ħajtu. 

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

More in Kronaka