Tlett irġiel arrestati f'Għawdex wara sejba ta' droga lesta għat-traffikar

It-tliet persuni qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet

Tlett irġiel ġew arrestati lbieraħ wara rejd li sar u li fih instabu fil-pussess tad-droga.

L-irġiel arrestati huma Malti u żewġ Serbi, kollha residenti fil-Qbajjar.

Fir-residenza tas-Serbi nstabu madwar 80 gramma droga ssuspettata kokaina lesta għat-traffikar u madwar 200 gramma ssuspettata l-pjanta tal-kannabis ukoll lesta għat-traffikar, flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti .

It-tliet persuni qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa ġie nfurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta Maġisterjali li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka