Sewwieq ta' mutur iċċertifikat mejjet fuq il-post wara inċident fl-Imsida

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa fi Triq il-Wied tal-Imsida, Birkirkara

Sewwieq ta' mutur tilef ħajtu traġikament matul il-lejl li għadda meta tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma' trakk li kien ipparkjat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa fi Triq il-Wied tal-Imsida, Birkirkara.

Fuq il-post ssejaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei sabiex jassisti lill-vittma, raġel ta' 41 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka