Tifel ta' tmien snin jittajjar fil-Mosta

It-tifel jidher li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi

Tifel ta’ tmien snin iddaħħal l-isptar wara li ttajjar fi Triq id-Dawr fil-Mosta.

Jidher li t-tifel safa milqut minn vettura misjuqa minn mara ta’ 32 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka