Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li waqa' erba' sulari f'sit ta' kostruzzjoni

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs fi Triq Annetto Caruana, il-Qawra

Żagħżugħ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' għoli ta' madwar erba' sulari waqt li kien qed jaħdem f'sit ta' kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs fi Triq Annetto Caruana, il-Qawra.

Iż-żagħżugħ li għandu 23 sena mill-Mali ddaħħal b'urġenza Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ta’ natura serja.

Fuq il-post issejħu wkoll il-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittma.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.

More in Kronaka