It-tielet inċident biswit sit ta' kostruzzjoni ... jiġġarraf ħajt ta' dar

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fi Gwardmangia

Ritratt | MaltaToday
Ritratt | MaltaToday

Dar fi Gwardmangia spiċċat bid-dar tagħha mġarrfa wara li waqa’ l-ħajt komuni li kien jagħti għal sit ta’ kostruzzjoni fi Triq San Luqa.

Dan huwa t-tielet inċident marbut mal-kostruzzjoni hekk kif fl-aħħar xahrejn iġġarfu żewġ blokok ta’ appartamenti fi Gwardamangia u l-Mellieħa kawża tax-xogħlijiet li kienu qed isiru.

Jidher li waqt li ġġarraf il-ħajt, kienu għaddejin xi xogħlijiet biswit din id-dar.

Aktar tard illum, stakeholfers mis-settur tal-kostruzzjoni se jkunu qed jiltaqgħu mal-Prim Ministru biex jiddiskutu miżuri ta’ sigurta biex jiġu evitati inċidenti simili.

Resident li tkellem mas-sit MaltaToday qal li fl-aħħar jiem, fil-ħajt bdew jidhru xi konsenturi.

Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.

More in Kronaka