Nirien f'Marsalforn ... jisplodi ċilindru tal-gass f'għalqa

Mill-filmat jidher li n-nirien ġejjin minn għelieqi viċin il-Qbajjar

Ritratt | Facebook
Ritratt | Facebook

Nirien ħakmu għalqa f'Marsalforn u li kawża ta' hekk sploda ċilindru tal-gass li kien jinsab f'kamra fl-istess għalqa.

Fil-fatt, persuni li kienu fl-inħawi, irrakkuntaw kif semgħu ħoss qawwi qabel raw daħna kbira.

Il-Pulizija kkonfermaw dan il-każ iżda minkejja li qal li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident, rapporti qed jisħqu li kien hemm xi persuni li sofrew xi ġrieħi, hekk kif mal-isplużjoni nfaqa' u tar xi ħġieġ minn twieqi ta' appartamenti li jinsabu fil-viċin.

More in Kronaka