Żbroff ta' drenaġġ ... tgħumx f'din iż-żona f'San Ġiljan

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għadu għaddej bl-investigazzjoni tiegħu

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika qed javża li wara li kien hemm żbroff tad-drenaġġ faċċata ta’ Triq Wilġa f’San Giljan bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona

Fi stqarrija, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali saħaq li l-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess Direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.

Tabelli li jindikaw dan l-għeluq ġew imwaħħla fiż-żona.

More in Kronaka