Sajjied jinstab mejjet fil-baħar biswit Kemmuna

Il-katavru ttella' tard ilbieraħ filgħaxija mill-baħar ħdejn is-Sikka ta' Kemmuna

Ilbieraħ, katavru ta' raġel ta' 67 sena residenti l-Mosta ttella' mill-baħar viċin is-Sikka ta' Kemmuna.

Il-katavru ntlemaħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin għaxra.

Il-Pulizija mid-Distrett t’Għawdex infurmat lill-Forzi Armati ta’ Malta li min-naħa tagħhom bdew it-tfittxijiet fl-inħawi ta’ fejn intlemaħ il-ġisem permezz ta’ patrol boat kif ukoll permezz ta’ ħelikopter.

Minn investigazzjoni jirriżulta li r-raġel kien qiegħed qed jistad meta waqa' l-baħar.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Paul Coppini LL.D. li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka