Seba' persuni salvati minn fuq cabin cruiser li kien qed jegħreq

Ma jidher li weġġa' ħadd f'dan l-inċident

Il-Forzi Armati ta' Malta salvaw seba' persuni minn fuq cabin cruiser li kien qed jegħreq.

Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu max-xatt taħt il-Fortizza f’Tas-Sliema

Għadu mhux magħruf x'wassal lid-dgħajsa biex tibda tieħu l-ilma għalkemm skont rapporti din inkaljat.

Il-Forzi Armati ppruvaw jirmunkaw il-cabin cruiser iżda jidher li din għerqet.

More in Kronaka