Żewġt itfal u żewġ nisa l-isptar wara inċident f'Tal-Barrani

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li ħadd ma weġġa' gravi f'dan l-inċident

Żewġt itfal u żewġ nisa ddaħħlu l-isptar wara inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu f'Tal-Barrani.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma' dan is-sit.

Spjega kif mill-ewwel informazzjoni, iż-żewġ nisa ddaħħlu l-isptar għax kienu qed ibatu minn xokk, filwaqt li ż-żewġt itfal sofrew biss ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.

More in Kronaka