Fil-periklu tal-mewt wara li spiċċat mgħaffġa bejn trakk u ħajt

Il-każ seħħ fi Pjazza San Pawl f’Marsalforn

Mara ta’ 61 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li spiċċat mgħaffġa bejn trakk u ħajt.

L-inċident seħħ fi Pjazza San Pawl f’Marsalforn.

Il-mara, Ċiniża ta’ 61 sena, residenti Marsalforn stess, ittieħdet immedjatament Mater Dei għall-kura.

Aktar tard  il-vittma ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka