Kellu x'jaqsam ma' tifla ta' 15 u pprova jwaħħal f'ħaddieħor

 Iż-żagħżugħ instab ukoll fil-pussess tal-kokaina u l-kannabis

Żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Ħamrun tressaq il-Qorti akkużat li kellu x’jaqsam ma’ tfajla ta’ 15-il sena u li pprova jwaħħal f’ħaddieħor għar-reat li allegatament wettaq hu.

Iż-żagħżugħ deher il-Qorti akkużat li kkorrompa tifla taħt l-età, li kellu x’jaqsam magħha, li ffabbrika evidenza kontra persuna oħra u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, fost oħrajn.

Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li ż-żagħżugħ instab ukoll fil-pussess tal-kokaina u l-kannabis.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi u nżamm arrestat.

More in Kronaka