Sejba ta' 130 kilogramma pjanta tal-kannabis ... tnejn arrestati

Dan wara rejd li sar ilbieraħ fiż-Żejtun

Żewp persuni ġew arrestati matul il-lejl li għadda wara rejd li l-Pulizija wettqet f'garaxx fiż-Żejtun.

Fil-garaxx instabu 130 kilogramma pjanta allegatament tal-kannabis.

Iż-żewġ persuni, ta' 22 sena u 34 sena, residenti Bormla, mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin akkużati bil-pussess aggravat tal-istess droga, fost akkużi oħra.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga u infetħet ukoll inkjesta.

More in Kronaka