Jeħilsuha bi żbrixx wara li tliet appartamenti ġġarfu fi Gwardamangia

Ir-residenti rnexxielhom joħorġu kollha qawwijin u sħaħ

Dak li fadal mill-appartament
Dak li fadal mill-appartament

Setgħet kienet traġedja ħafna akbar dik li seħħet ilbieraħ filgħaxija meta t-tliet appartamenti fit-Telgħa ta’ Gwardamangia spiċċaw iġġarfu fix-xejn.

Wieħed jista' jimmaġina l-kommossjoni li qamet fit-triq meta ġġarraf il-bini hekk kif instema' ħoss kbir kif irrakkuntaw diversi ġirien.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11:00pm, bir-residenti kollha jirnexxielhom joħorġu fil-ħin malli semgħu ħoss kbir.

L-appartamenti kien jinsab biswit sit ta' kostruzzjoni.

Iż-żona ġiet evakwata minħabba l-periklu li għad hemm.

Fi stqarrija L-Awtorità tad-Djar qalet li wara li tkellmet ma’ kull familja affettwata se tkun qed toffri ukoll għajnuna biex dawn il-familji jkunu jistgħu jixtru l-affarijiet bażiċi biex ikunu jistgħu jkomplu b’ħajjithom."L-Awtorità se tkun qiegħda tagħti għajnuna finanzjarja lil kull persuna affettwata skont il-ħtieġa tagħha. L-Awtorità se tibqa’ f’kuntatt ma’ kull familja u se tkun qiegħda tkompli ssegwi l-każ sabiex tassigura li toffrilhom kull assistenza li jkunu jeħtieġu."

Skont l-istqarrija l-Awtorità kienet ukoll f’kuntatt kontinwu mas-Segretarju Parlamentari għallAkkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes li qed isegwi l-aħħar żviluppi dwar il-każ. 

More in Kronaka