Qtil doppju | Rapporti li l-pulizija qed ifittxu l-arma tad-delitt fil-faċilità tal-iskart f'Ħal Far

Jidher li l-Pulizija ordnat lill-Wasteserv biex tagħlaq il-faċilità matul il-lejl

Bħalissa f'Ħal Far Ritratt | James Bianchi
Bħalissa f'Ħal Far Ritratt | James Bianchi

Iċ-Ċentru għall-Iskart Goff f’Ħal Far ingħalaq matul il-lejl li għadda fuq ordni tal-Pulizija.

Għalkemm sa issa għadha mhux magħrufa r-raġuni, skont sorsi li tkellmu mal-midja jista’ jkun li l-Pulizija qed ifittxu arma li ntużat fil-qtil doppju tal-omm u l-bint f’Ħal Għaxar.

L-arma li allegatament intużat f’dan il-qtil għadha ma nstabitx.

Jidher li l-Pulizija ordnat lill-Wasteserv biex tagħlaq il-faċilità matul il-lejl li għadda.

L-ordni ingħatat ftit tal-ħin wara li raġel tressaq il-Qorti akkużat bil-qtil ta’ ommu Marija Lourdes Bonnixi u oħtu Angele Bonnici, li t-tnejn li huma nsabu midfuna ġo għalqa.

More in Kronaka