Tifel ta' sentejn fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Munxar

It-tifel kien passiġġier ma' mara ta' 47 sena li tilfet il-kontroll tal-vettura u ħabtet ma' arblu tad-dawl

Tifel ta' sentejn jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fi Triq ix-Xlendi fil-Munxar Għawdex.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li t-tifel kien ma' sewwieqa mara ta' 47 sena mill-Munxar stess li għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u baqgħet dieħla f'arblu tad-dawl.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara u lit-tifel l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.

Il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi iżda l-kundizzjoni tat-tifel qalbet għall-agħar u kellu jittieħed Mater Dei permezz ta' ħelikopter.

Il-kundizzjoni tiegħu hija waħda serja.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka