Ħaddiem jitlef ħajtu wara li waqa' tliet sulari f'San Ġiljan

Il-każ seħħ fi Triq Francis Zammit għall-ħabta tat-3:00pm

Raġel ta’ 40 sena, tilef ħajtu wara li waqa’ madwar tliet sulari f’San Ġiljan.

Jidher li r-raġel, Taljan, kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Francis Zammit meta waqa’ għall-ħabta tat-tlieta.

Immedjatament fuq il-post mar tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma’ membri mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-ħaddiem kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali

More in Kronaka