L-aħħar tħejjijiet għall-kunċert tant mistenni minn The Busker

 Il-kunċert jibda fit-8:00 p.m fit-teatru tal-Università l-antika fil-Belt Valletta.

Illejla l-grupp mużikali żagħżugħ The Busker mistenni joħnoq it-Teatru tal-bini tal-Università l-antika fil-Belt Valletta.

F’dan il-kunċert, l-udjenza se tkun tista’ tara lill-The Busker fl-aktar forma awtentika tiegħu bl-avveniment mistenni jkun vjaġġ mużikali li jesponi l-istorja kollha wara l-formazzjoni u kull tragward tal-grupp żagħżugħ.

Il-kunċert se jkun maqsum f'sitt atti, b'kull att jirrappreżenta fażi definittiva fl-istorja tal-grupp.

Il-grupp  twaqqaf lura għall-2012 oriġinarjament, b’Dario Genovese inkarigat mill-kant u l-kitarra u Jean Paul Borg fuq it-tnabar. Ftit wara żdiedu magħhom, David Grech fuq il-baxx u Sean Meachen fuq is-sassafonu.

More in Kronaka