Ingliż arrestat f'Għawdex wara Mandat ta' Arrest Ewropew

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin

Raġel ta' 55 sena ġie arrestat f'Għawdex wara li Mandat ta' Arrest Ewropew li nħareġ kontrih.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-Criminal Intelligence Unit irnexxielha titratta u tarresta lil dan ir-raġel Ingliż.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Mhux magħruf għalfejn inħareġ il-Mandat ta' Arrest.

More in Kronaka