Ħaddiem iweġġa' wara li waqa' minn ġo tamboċċ

Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar fi Triq San Lawrenz fl-Isla

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet.

Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar fi Triq San Lawrenz fl-Isla.

Jirriżulta li r-raġel ta’ 52 sena residenti l-Isla stess waqa’ minn ġo tamboċċ.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin,

More in Kronaka