Sentenza sospiża għal raġel li vvinta gidba li ġie msawwat minn pulizija

Ir-raġel għandu 38 sena u jgħix Ħal Għaxaq ...

Nhar is-6 ta’ Settembru, 2016, il-Pulizija mit-taqsima tal-Affarijiet Interni rċiviet rapport, fejn raġel allega li ġie msawwat minn tliet Pulizija waqt li kien qiegħed ġewwa Ħal Għaxaq.

Fuq din l- informazzjoni l-Pulizija investigat dawn l-akkużi fejn minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-raġel kien qiegħed jagħmel allegazzjonijiet foloz.

Għaldaqstant huwa ġie akkużat talli bil-ħsieb li jagħmel ħsara fuq it-tliet Pulizija, akkuzahom quddiem awtorita` kompetenti b’reat, filwaqt li kien jaf li dawk il-persuni huma innoċenti fost akkużi oħra.

Illum, ir-raġel li għandu 38 sena u residenti Ħal Għaxaq instab ħati u ngħata sentenza ta’ 6 xhur priġunerija sospiżi għal sena.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ ġiet immexxija mill-Ispettur Justin Camilleri.

 

 

 

More in Kronaka