Aġġornata | Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-vann ġo wied

Iż-żagħżugħ kien nieżel minn Triq il-Ġnejna meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura

Żagħżugħ ta' 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-vann li kien qed isuq ġo wied minn Triq il-Ġnejna.

Iż-żagħżugħ, Albaniż minn Ħaż-Żabbar, għal xi raġuni tilef il-kontrol tal-vettura u baqa' nieżel fil-wied fejn għal xi ħin kien maqbud fil-vettura.

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex joħorġu lis-sewwieq u ttieħed immedjatament Mater Dei.

Karozza tinqaleb f'Tigné

Intant, ftit qabel, persuna oħra nqalbet bil-vettura b'kollox taħt il-mina ta' Tigné.

Mill-informazzjoni mogħtija mill-Pulizija lil dan is-sit, ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.

More in Kronaka