Ristorant f'Paceville biegħ eluf ta' fliexken tal-inbid tal-kuntrabandu

Kollox beda meta uffiċjali tad-Dwana marru fir-ristorant u sabu 520 flixkun inbid tal-kuntrabandu

Id-dwana kkonfiskataktar minn 520 flixkun inbid tal-kuntrabandu minn ristorant f’Paceville.

Fi stqarrija d-Dwana qalet li minn investigazzjoni ulterjuri li saret, irriżulta li l-istess ristorant importa eluf ta’flixken tal-inbid u li kienu qed jinbiegħu mingħajr ma ħallas taxxa.

Apparti minn hekk, uffiċjal tad-Dwana stazzjonati l-Ajruport, bis-saħħa tal-kelba Sophie, waqfu raġel li kien se jħalli Malta b’aktar minn €22,415.

€16,100 instabu fuq ir-raġel, filwaqt li €1,365 instabu fil-bagalja li kellu f’idu. Aktar tard instabu €4,950 f’żewġ bagalji li tniżżlu minn fuq l-ajruplan li kellu jaqbad ir-raġel.

Intant, ir-raġel inżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti għada. Skont il-liġi, kull min ikun se jidħol jew iħalli l-pajjiż b’aktar minn €10,000 fi flus kontanti għandu jiddikjarahom lid-Dwana.

More in Kronaka