Żagħżugħ arrestat wara li nqabad iġorr 46 kilo kannabis

Iż-żagħżugħ mill-Imtarfa twaqqaf waqt li kien għaddej fi Triq il-Kosta

Żagħżugħ ta' 26 sena ġie arrestat ilbieraħ waranofsinhar mill-Pulizija tal-Iskwadra ta' Kontra d-Droga wara li fil-karozza tiegħu nstabet sustanza suspettata kannabis lesta biex tiġi ttraffikata.

Iż-żagħżugħ ġie mwaqqaf fi Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq fejn fil-karozza nstabet kaxxa tal-kartun b'40 kilogramma sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis u basket b'sitt kilogrammi raża tal-kannabis.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti bies jassistuha.

More in Kronaka