Mara bi ġrieħi gravi wara li ttajret f'Ħaż-Żabbar

L-inċident seħħ fi Triq Nevew u l-mara qed issofri minn ġrieħi gravi

Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn vettura fi Triq Nevew f'Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6:00pm.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-mara kienet milquta minn karozza misjuqa minn żagħżugħa ta' 28 sena minn Ħaż-Żabbar.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka