Jaqa' materjal tal-kostruzzjoni u jġarraf saqaf ta' dar privata

Jidher li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident

Ħadd ma weġġa’ meta saqaf ta’ dar privata ġġarraf dalgħodu fi Triq il-Ħelsien iż-Żejtun.

Il-Pulizija kkonfermaw dan l-inċident mas-sit illum.com.mt fejn mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li kien qed isir xi xogħol ta’ kostruzzjoni biswit id-dar, meta xi materjal waqa’ u ġarraf is-saqaf.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:00am.

Minkejja li fuq il-post issejħet ambulanza, ma jidher li ħadd iddaħħal l-isptar.

More in Kronaka